Wara li hu kkonfermat li l-maġġor parti tal-każijiet tal-Covid-19 qed jinstabu fid-djar bejn il-familji, saru avviżi aktar ċari mill-awtoritajiet.

Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Paula Vassallo, titkellem dwar x'għandu jiġri f'daw fejn fiha hemm persuna li rriżultat pożittiv għall-Covid-19. Tagħti linji gwida biex il-virus ma jkomplix jinxtered.

"Jekk hu ma jkunx kapaċi jnaddaf il-banju jew il-kamra tal-banju importanti li min se jnaddafha jilbes l-inkwanti u l-maskra jiftaħ kemm jista’ jkun it-twieqi għall-ventilazzjoni naturali u jħalli ċerti żmien jgħaddi qabel ma jmur inaddaf."

F'dan il-filmat tista' ssegwi aktar dwar l-hekk imsejħin "kmandamenti" biex ma xxerridx il-Covid-19 f'darek jekk hemm xi ħadd pożittiv. Segwi HAWN.


Kyle Zarb