Fuq Sibtek ta' Sibt li għadda, kien hemm mistieden it-TikToker, Stefan Germanotta. Stefan hu għalliem u meta jkun qed jikkoreġi jħobb jżomm lil 'Sibtek' jew 'Family Affair' bħala kumpanija għax joġgħbuh ħafna. Stefan hu magħruf għall-imitazzjonijiet brillanti tiegħu tal-preżentatriċi Eileen Montesin. Fuq il-profil ta' TikTok, Stefan isegwuħ madwar 20elf utent, b'5elef utent għamlulu follow. L-aktar filmat li kellu views kien jammonta 93.3elf utent.

Il-preżentatur ta' Sibtek, Ryan Borg stieden lil Eileen Montesin biex tgħaddi messaġġ lil Stefan, din qaltlu "Hello Stefan, bagħtuli l-filmati fejn qed timita' lili, jien għedt minn tant preżentaturi li hawn Malta, lili għażilt biex toqgħod timita', int taħseb li jien dħakt xħin rajthom?" qalet Eileen. Iżda din ma kinitx għajr ċajta ħelwa mit-tim tal-produzzjoni. Eileen mhux talli għoġobha Stefan, iżda qaltlu li għandu talent straordinarju, "Proset għax imitajtni tajjeb ħafna!".

Sibtek se jkompli jaqta’ l-kurżitajiet fuq diversi personalitajiet. Nhar is-Sibt li ġej il-mistiedna prinċipali ser tkun Dr Lydia Abela, fejn se niskopru affarijiet li ma konniex nafu rigward il-ħajja privata, it-tfulija tagħha, kif iltaqgħet mal-Prim Ministru. 

Anthony Baldacchino