L-iżgħar koppja famuża f'Malta, Ike u Kaya, kienu mistednin fuq il-programm Sibtek tlett ijiem ilu. Il-preżentatur Ryan Borg preparalhom sorpriża speċjali fejn artist lokali li tant jammiraw bagħtilhom filmat b'messaġġ ħelu.

Dan ma kien ħadd ħlief Owen Luellen, fejn qal prosit kbira lil dawn iż-żewġ artisti bravissimi tal-impatt li ħallew wara Malta's Got talent u ta' kemm baqgħu fuq fomm kulħadd. Owen jgħidilhom li jinsab ħerqan biex jarahom dejjem jikbru fil-karriera tagħhom bħala artisti u jispiċċa billi jgħidilhom, "Jkollkom bżonni hawn ħa nkun". 

Araw xi ħlew!

Youtube/ Malta's Got Talent


Kyle Zarb