Oriġinarjament ispirat minn San Remo fl-Italja, fl-1956 il-Eurovision ra t-twelid tiegħu. L-ewwel edizzjoni saret prorju bħall-bieraħ 68 sena ġewwa Lugano fl-Iżvizzera u proprju l-ewwel edizzjoni ntrebħet ukoll mill-Iżvizzera. L-ewwel kantanta rebbieħa kienet Lys Assia li sa ftit snin qabel il-mewt tagħha kienet reġgħet pruvat tirrapreżenta lil pajjiżha fil-Eurovision.

Matul is-snin il-Eurovision kompla jirritorna bl-aqwa talent mużikal u mill-1956 sal-lum il-ġurnata, l-Eurovision kien appuntament ta’ kull sena apparti fl-2020 meta sfortunatament tħassar minħabba l-pandemija tal-Covid.

Fih rajna l-bidu ta’ wħud mill-akbar stilel fid-dinja, bħal ngħidu aħna l-Abba u Celine Dion, u riċentament żdiet ferm aktar fil-popolarita u l-pjattaforma baqgħet dejjem tikber. Riċentament, il-grupp Maneskin li kisbu fama mondjali mill-Eurovision, ukoll nedew karriera mill-aqwa fejn kisbu popolarita kbira madwar id-dinja kollha.

Facebook/Eurovision Fans


Charlton Cefai