Il-paġna Health promotion and Disease Prevention Directorate għadha kif xerrdet tip ieħor ta' eżerċizzju li persuna tista' tagħmel mill-kumdità ta' darha. Li għandek bżonn għal dan l-eżerċizzju huwa ħajt!

Fil-fatt dan it-tip ta' eżerċizzju jissejjaħ Wall Push Ups. Int għandek ittawwal idejk minn tulhom ma' ħajt li m'għandux pitturi, dekorazzjonijiet, twieqi jew bibien. Ersaq ftit 'il quddiem u poġġi l-pali ta' idejk ċatti mal-ħajt (bħar-ritratt). Żomm saqajk sodi mal-art hekk kif bil-mod tmexxi ġismek viċin lejn il-ħajt. Imbotta bil-mod lilek innifsek lura sabiex idejk ikunu dritti. Agħmel dan l-eżerċizzju 20 darba.

Ifakkru biex wieħed jirrispetta lil ġismu u ma jisfurzax biex ikun bħal ħaddieħor. Agħmel kemm tiflaħ, u fejn tħoss li għandek tieqaf, tiddejjaqx tieqaf!

vanitystudiosphotography


Kyle Zarb