Wara li ta' sitt snin irnexxielu jegħleb il-lewkimja, John intlaqa' biċ-ċapċip ta' sħabu u l-għalliema tiegħu hekk kif irritorna l-iskola wara li kien għadu kif lesta l-aħħar sessjoni ta' kimoterapija.
It-tifel Amerikan kien skopra li kellu l-lewkimja meta kellu biss tlett snin u hemmhekk beda jissielet b'reżiljenza kontra din il-marda terminali.
Ġie spjegat kif il-ġlieda ta' John kontra l-lewkimja ma kinitx faċli hekk kif kienet iddominata minn diversi ljieli fl-isptar kif ukoll limitazzjonijiet fiżiċi minħabba l-impatt tal-kimoterapija.
Madankollu, John xorta waħda dejjem baqa' attiv fl-iskola u rnexxielu jkompli jimraħ akkademikament flimkien ma' sħabu l-istudenti.
Dan il-mument seraq il-qlub ta' bosta li awguraw liċ-ċkejken għall-perseveranza tiegħu!
Ritratt: Yahoo Lifestyle u Instagram / This How Things Work