Qed tiġi rrappurtata twissija ta' riħ qawwi għall-ħinijiet ta' filgħaxija li jista' possibilment anke jilħaq forza 8.

Fid-dawl ta' dan, bosta qed jiġu mwissija sabiex joqgħodu attenti minħabba l-perikli li temp ta' din ix-xorta jista' jikkawża.

Jidher ukoll li għal għada t-temp sa jkun imżewwaq b'xi ħalbiet tax-xita, skont rapporti maħruġa minn Malta International Airport Weather.


Cristian Tonna