Samantha Davis, mart l-attur Warwick Davis, mietet fl-età ta' 53 sena.

Hi kienet il-kofundatriċi ta' Little People UK fl-2012 u dehret fl-aħħar film ta' Harry Potter. Żewġha ħabbar il-mewta tagħha nhar l-24 ta' Marzu, u ddeskrivieha bħala ruħ unika u umoristika kif ukoll bħala l-iprem sors ta' appoġġ għalih.

Il-koppja ltaqgħet waqt l-iffilmjar ta' Willow u żżewġu fl-1991. Samantha ħalliet warajha lil uliedha Annabelle u Harrison, li faħħru l-imħabba u l-ħbiberija li tathom. L-organizzazzjoni Little People UK onorat id-dedikazzjoni tagħha għall-komunità tan-nani u wiegħdu li se jżommu l-legat tagħha ħaj.


Bradley Cachia