It-tim organizzattiv tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2023 ħabbru l-ordni ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti li għaddew għas-serata finali.

Il-finali se jseħħ nhar il-Ġimgħa, 22 ta' Settembru fi Pjazza Teatru Rjal ġewwa l-Belt Valletta. L-ispettaklu se jibda għall-ħabta tat-19:45.

Is-serata se tkun ippreżentata minn Valerie Vella u Chris Grech. Il-kantanta Cherylis, li rebħet l-aħħar edizzjoni, se tkun mistiedna speċjali. Hi se tkun qed tkanta l-kanzunetta rebbieħa Nifs bi kliem, b'lirika ta' Emil Calleja Bayliss u mużika ta' Philip Vella.


Gwida.mt