Fi tmiem din il-ġimgħa, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi se tkun qed tospita avveniment speċjali biex tfakkar it-80 sena anniversarju minn D-Day. Mill-Ġimgħa 26 ta' Lulju sal-Ħadd 28 ta' Lulju l-MCC se tkun qed tikkommemora dan il-mument storiku kruċjali, b'wirjiet li juru l-wirt militari għani ta' Malta minn diversi gruppi li jfakkru ġrajjiet passati fis-Sala Sacra Infermeria kif ukoll żewġ kunċerti fis-Sala Repubblika.

Bħala parti minn dan l-avveniment kommemorattiv l-MCC flimkien mal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta mmexxija mill-Maġġur Mro. Jonathan Borg u l-Banda tal-Korp tal-Pulizija ta' Malta mmexxija mill-Mro. Anthony Cassar se jkunu qed itellgħu żewġ kunċerti. Dawn il-kunċerti se joffru ġieħ mużikali li jfakkar is-sinifikat storiku ta’ D-Day u jonoraw il-qlubija u s-sagrifiċċju ta' dawk li kienu involuti.

Il-wirja se tkun miftuħa gewwa s-Sacra Infermeria minn nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Lulju mis-19:30 sad-21:30, is-Sibt, 27 ta' Lulju mid-9:30 sad-21:30, u l-Ħadd, 28 ta’ Lulju mid-9:30 sas-14:00. Il-biljetti ghall-wirja jistghu jinxtraw mill-bieb. Il-biljett ghal kunċerti jinkludi dħul b'xejn għall-wirja.

Nistednuk tingħaqad magħna fl-MCC, il-Belt Valletta għal din it-tifkira tat-80 sena Anniversarju minn D-Day, fejn se nonoraw u nfakkru dan il-mument kruċjali fl-istorja. Għal aktar dettalji u biex tixtri l-biljetti għall-kunċerti, jekk jogħġbok żur il-links li ġejjin:
