Celine Dion, il-kantanta leġġendarja Kanadiża, ser tagħmel ir-ritorn tagħha fuq il-palk biex tiftaħ il-Logħob Olimpiku f'Pariġi. Il-Logħob Olimpiku li se jsir fl-2024 se jkun mument storiku mhux biss għall-atleti iżda wkoll għall-udjenza globali li se tgawdi spettaklu mużikali straordinarju minħabba li Dion se tkun qed tagħmel ir-ritorn tagħha fuq il-palk wara li kellha tieqaf minħabba problemi ta' saħħa.

Dion, magħrufa għal-leħen uniku u l-kanzunetti famużi tagħha, bħal My Heart Will Go On, ser tiftaħ il-logħob b'wirja li mistennija tħalli impatt qawwi. Ħafna jinsabu ħerqana għal dan ir-ritorn - infatti kienu diversi nies li esprimew il-ferħ tagħhom mal-wasla tal-artista ġewwa Pariġi. L-entużjażmu għal dan l-avveniment qed jikber, u l-pubbliku jinsab ħerqan biex jaraha mill-ġdid fuq il-palk.

Se tkun qed issegwi?

Facebook / Celine Dion


Emil Calleja Bayliss