Il-paġna ta’ Facebook tat-tbassir tat-temp, Aġġornament tat-Temp, tat rapport fid-dettal ta’ kif it-temp mistenni jkun din il-ġimgħa.

“Temp instabbli mistenni jkompli jippersisti kawża ta’ arja kiesħa fil-punent tal-Mediterran,” huma kitbu.

It-Tnejn 6 ta’ Mejju ftit imsaħħab b'riħ xlokk forza 3 għal 2. It-Tlieta 7 ta' Mejju ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna riħ xlokk forza 3. L Erbgħa 8 ta' Mejju ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar, bix-xita filgħaxija. Riħ punent majjistru forza 5 għal 4.”

“Il- Ħamis bix-xita li jsir ftit imsaħħab wara nofsinhar u b’riħ majjistral forza 4 li jitla’ forza 5. Il-Ġimgħa xemxi b'riħ forza 4 għal 3 punent majjistru. Is-Sibt ftit imsaħħab b'riħ forza 4 punent majjistru. Il-Ħadd ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b'riħ lbiċ forza 4.”

Facebook/Aġġornament tat-Temp


Bernard Xuereb