Tarbija ta' 15-il xahar tilfet ħajjitha wara li ġiet attakkata minn 2 pitbulls waqt li kienet f'dirgħajn ommha, ġewwa Salerno, belt fl-Italja.

Jidher li l-omm kienet ħierġa minn darha, ġġorr it-tarbija f'dirgħajha, hekk kif fid-daqqa u l-ħin ġiet attakkata minn 2 pitbulls. B'riżultat ta' din l-aggressjoni, filwaqt li t-tarbija tilfet ħajjitha, l-omm ġarrbet feriti serji.

Huwa mifhum li l-klieb ġew abbandunati minn sidhom, wara li dawn ma baqgħux jgħixu fl-istess żona.

"Forsi l-klieb ħasbu li t-tarbija setgħet kienet ta' periklu peress li qatt ma rawha," stqarret iz-zija tat-tarbija. Intant, il-klieb m'għandhomx rekord ta' aggressjoni.

Jaħasra!


Cristian Tonna