Skont studju li sar fl-Università ta' Oxford minn studenti tal-psikoloġija u l-mużika, ikkonkludew li dawk il-mużiċisti li jdoqqu ċerti strumenti għandhom inqas ċans li jsibu ruħhom f'relazzjoni intima.

Sabu li hemm ċertu kimiċi fil-moħħ li jitraqqdu malli tfajla ssir taf li ġuvni jdoqq ċerti strumenti, bħalma hu l-bass. Il-frekwenzi baxxi tal-bass ukoll jaffettwaw, għaliex jidher li frekwenzi għolja għandhom ħabta jattiraw lin-nisa ħafna iżjed. Għaldaqstant, in-nisa jinġibdu ħafna lejn nies li jdoqqu t-trumbetti.

L-istudju wera wkoll li hemm korelazzjoni mal-organu sesswali tal-mużiċist. Fil-każ tal-irġiel, jekk l-organu sesswali tagħhom ikun erba' pulzieri jew inqas, hemm ċans ikbar li jsiru kitarristi jew li jdoqqu l-bass.


Bradley Cachia