Fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu l-Professur Ġorġ Mallia kiteb dwar l-inawgurazzjoni tal-isem li ngħata lill-iskola fil-Ħandaq b'tifkira tal-mibki Prof. Edward DeBono. Hi fil-fatt ħadet l-isem ta' Prof. Edward DeBono Ħandaq Middle School.

"Tant ferħan u onorat li dalgħodu pparteċipajt fl-isem tal-Kulleġġ San Injazju, Prof. Edward DeBono Ħandaq Middle School... Kont onorat id-doppju li x-xogħol li ħloqt fl-2021, wara l-mewt tal-Prof. DeBono, intuża mill-iskola fuq il-ħajt tat-Thinking Laboratory ġdid..."

Insellmu l-memorja ta' Prof. DeBono kif ukoll ngħidu Prosit lil Prof Mallia!


Kyle Zarb