Sfortunatament tħabbret il-mewt ftit mumenti ilu tal-attriċi u preżentatriċi Monica Attard. 

F’post fuq Facebook, NET FM sellem il-memorja ta’ Monica b’messaġġ emozzjonanti. “Il-kumpanija Media.link issellem lil Monica Attard li marret tiltaqa' mal-Ħallieq,” huma kitbu.

“Monica ħadmet mill-bidu ta' Radio 101 u NET Television għall-snin sħaħ bi programmi diversi u informattivi. Monica ħadmet ukoll f'diversi drama li xxandru fuq NET Television fost l-oħrajn f'Baħar Wieħed, kif ukoll fit-teatru.”

 

“Grazzi mill-qalb Monica tal-ħidma kbira li wettaqt f'dawn is-snin kollha, filwaqt li nwasslu l-kondoljanzi lil familjari tagħha.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb ta’ Monica.

Facebook/NET FM


Bernard Xuereb