Iktar kmieni llum waqa’ saqaf ta’ dar tas-snin għoxrin f’Tas-Sliema. Żewġ ħaddiema nqabdu taħt it-terrapien. Wieħed mill-ħaddiema rnexxielu joħroġ u ttieħed l-isptar iżda sfortunatament il-ħaddiem l-ieħor miet.

Tul filgħodu saret operazzjoni ta’ salvataġġ. Il-ħaddiem limiet kellu 51 sena filwaqt li l-ħaddiem li jinsab l-isptar għandu 31 sena.

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, iddikjarat li xogħlijiet fuq is-sit kienu illegali u mingħajr permess. Id-dar kienet maħsuba biex tiġi estiża b’sulari addizzjonali.

Times of Malta


Bernard Xuereb