Ristorant Taljan qed joffri flixkun inbid b’xejn lill-klijenti li jċedu l-mowbajls waqt l-ikel.

Angelo Lella, is-sid ta’ Al Condominio, ristorant li fetaħ fil-belt tat-Tramuntana ta’ Verona f’Marzu, qal li l-għan kien li jinkoraġġixxi lil dawk li jitkellmu bejniethom minflok ma jkun moħħom kontinwament fil-mobiles tagħhom.

"Ridna niftħu ristorant li kien differenti mill-oħrajn," hu qal. “Għalhekk għażilna dan il-format – il-klijenti jistgħu jagħżlu li jirrinunzjaw it-teknoloġija filwaqt li jgawdu mument ta’ konvivenza flimkien. It-teknoloġija qed issir problema – m’hemmx għalfejn tħares lejn il-mobile tiegħek kull ħames sekondi, imma għal ħafna nies hija bħal droga... B’hekk ikollhom l-opportunità li jwarrbuha u jixorbu ftit inbid tajjeb.”

In-nies se jingħataw l-għażla li jwarrbu l-mobile tagħhom, li jitpoġġa f’kaxxa b’katnazz u ċavetta, fid-daħla. Imbagħad juru ċ-ċavetta lill-wejter, li jservihom il-flixkun tal-inbid.


Bernard Xuereb