Fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records ħabbru li rekord relatat mal-festi. Pajjiżna magħruf sew għall-festi u allura nieħdu gost nisimgħu b'records ġodda relatati mal-festi tradizzjonali Maltin.

Huma jiktbu, "The Malta Records bi pjaċir inħabbru rekord nazzjonali ġdid assoċjat mal-festi tar-raħal.L-itwal liedna magħmula minn persuna weħidha fl-inqas ħin. Dan ir-rekord ġie mwaqqaf minn Leonard Abdilla minn Ħal Kirkop, b'tul ta' 300 metru ta' liedna f'ħin ta' 57 siegħa u kwart."

Huma jispiċċaw billi jiktbu, "Ringrazzjament specjali lis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp Ħal Kirkop li Leonard jifforma parti minnha u lill-partner tiegħu Caroline Zammit."

Prosit tassew! Ħerqana biex niskopri aktar rekords li qed jiġu miksura f'pajjiżna!


Emil Calleja Bayliss