Fuq il-paġna Maltese Islands Weather ġie ppubblikat aġġornament dwar it-temp li għandna nistennew din il-ġimgħa. Jidher li ħa jkollna xita u ragħad aktar tard.

"L-ewwel sinjali ta' instabbilita' dalgħodu hekk kif it-tarf ta' roqgħa kiesħa fil-livelli għoljin ta' l-atmosfera laħqitna. Infakkrukom li qed nistennew sema varjabbilment imsaħħab għada l-Erbgħa 18/6 u ħalbiet iżolati tax-xita possibilment bir-ragħad il-Ħamis 19/6 u l-Ġimgħa 20/6 (partikolarment lejn nofs il-jum), hekk kif ir-rebbiegħa astronomika tintemm bix-xita."

Nhar is-Sibt ser ikun qed jibda s-sajf astronomiku u ħa jirritorna l-bnazzi.


Kyle Zarb