Infrastructure Malta għamlu kitba fuq il-paġna ta' Facebook dwar xi xogħlijiet fit-toroq li se jiġu posposti minħabba l-kundizzjoni kurrenti tat-temp. 

Ix-xogħlijiet skedati fir-roundabout fi Triq Il-Marfa fil-Mellieħa, oriġinarjament ippjanati għal-lejla, ġew posposti. Dawn ix-xogħlijiet issa pjanat li jsiru għada filgħaxija, il-Ħamis, 9 ta’ Mejju.

Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala miżura ta’ prekawzjoni biex tiġi żgurata s-sigurtà kemm tal-ħaddiema kif ukoll tas-sewwieqa fil-maltemp li jista' joħloq riskji waqt proġetti ta' infrastruttura.

Importanti li r-residenti u dawk li jivvjaġġaw fil-viċinanzi ta’ Triq Il-Marfa jippjanaw minn qabel il-vjaġġi tagħhom minħabba gx-xogħlijiet ta’ għada filgħaxija. Tajjeb li jekk se tivjaġġa f'dan l-inħawi tieħu nota ta' rotot alternattivi u ssegwi s-sinjali pprovduti. 

Ħudu ħsieb u avżaw lil ħaddieħor b'dawn il-pjanijiet. 


Marija Bellia