Żeffien lokali, Gig Baldacchino, għadu kemm kiseb suċċess ġewwa Londra fejn għadda minn awdizzjonijiet ma' skola popolari immens fl-Ingilterra.

"Ibni Gig Baldacchino li ilu jiżfen minn ta' 3 snin u issa għandu 10 snin, jiżfen ma' Johane Casabene u għamel l-awdizzjonijiet għar-Royal ballet Summer Intensive u għadda. Huwa ta' unur għal tifel li wasal mal-aqwa skola f'Londra."

L-omm tkompli tappella biex jitwassal il-messaġġ biex, "nħeġġu lis-subien jiżfnu u nwaqqfu l-bullying għax il-ballet mhux għall-bniet biss."  Prosit kbira Gig! Nissieħbu mal-omm u nħeġġu lis-subien li jixtiequ jiżfnu wkoll biex qatt ma jaqtgħu qalbhom!


Gwida.mt