Infrastructure Malta fuq il-paġna tagħhom ippubblikaw notifika dwar għeluq ta’ triq u wissew biex nippjanaw rotta alternattiva u naħsbu minn qabel.

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook kitbu, “Notifika t’Għeluq Matul il-Lejl: Triq l-10 ta’ Settembru 1797, Ħaż-Żabbar. l-Erbgħa 18 u l-Ħamis 19 ta’ Ġunju 2025, mis-7.30pm sal-5.30am.”

Żiedu jispjegaw li r-raġuni għall-għeluq hi minħabba xogħolijiet ta’ manutenzjoni.

Kitbu wkoll, “Jekk jogħġbok ippjana l-vjaġġ tiegħek minn qabel, segwi t-tabelli u suq bil-galbu. Grazzi tal-koperazzjoni.”

Huma ppubblikaw ukoll ritratt tat-triq u żiedu mappa tagħha, biex jispjegaw aħjar eżatt il-biċċa li se tkun magħluqa matul il-lejl. Importanti li min ikun se jgħaddi minn din it-triq bejn is-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, u l-ħamsa u nofs ta’ filgħodu, jippjana rotta alternattiva biex jevita t-traffiku u l-inċidenti. Nirringrazzjaw lill-Infrastructure Malta għal din in-notifikazzjoni.

Facebook / Infrastructure Malta


Gabriella Borg