50 sena miżżewġin! Daqshekk għalqu l-ġenituri tal-kantant lokali Tristan B! F'dan il-jumm tassew għażiż, Tristan jgħaddilhom messaġġ mill-qalb sabiex jawguralhom l-isbaħ xewqat.

Hu jikteb, "Nawguralhom minn qalbi f'għeluq il-50 sena miżżewġin. Id-19 ta' April 2024, għaddew 50 sena miż-żwieġ tal-ġenituri Joseph u Lucia Balzan. Nirringrazzjahom minn qalbi tas-sapport u sosten tagħhom f'kull mument tal-ħajja, u fuq kollox nawguralhom għomor twil, ħa ngawduhom aktar. Grazzi ta' kulma tagħmlu għalija. Inħobbkom immens."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lill-ġenituri tiegħu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollhom jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbhom. Nawgurawlhom aktar snin ta' saħħa, hena u għożża fi ħdan xulxin! Awguri mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss