Il-finali ta' Mużika Mużika, it-tielet edizzjoni, jibda hawn! Ftuħ klassiku, bħal ma hu l-festival innifsu wara kollox. Il-preżentaturi Keith Demicoli, Clare Agius u Moira Delia tawna laqgħa mill-isbaħ bil-karattri uniċi tagħhom, kif ukoll xi laqta' umoristika ma tonqosx.

Spjegaw anke xi dettalji dwar il-finali tal-lejla, il-votazzjoni, kif ukoll min ser ikunu qed jikkompetu għat-tielet rebħa ta' Mużika Mużika. Il-finalisti huma:

  1. Xorta Int - Avenue Sky
  2. Miegħek Tiegħek - Petra
  3. Jekk Mhux Int - Drakard u Lisa
  4. Sabiħa - Gianluca Bezzina 
  5. M'hawnx bħalek - Jasmine
  6. Ir- Rota Tibqa' Ddur - MARA 
  7. Fuq Pultruna - Mark Micallef Costa
  8. Hekk Kif Inti - Josef Tabone u Victoria Sciberras
  9. Min Aħna? - Raquel
  10. Ġawhra - Michela Galea
  11. Mid-Dinja M'Għandna Xejn - KWINTI
  12. Flimkien - CODA

Jiftħu l-ispettaklu Josef Tabone u Victoria Sciberras.

Artisti: Josef & Victoria | Kompożitur: Cyprian Cassar | Awtur: Cliff Casha

L-imħabba tgħaqqad żewġ individwi differenti, li permezz ta’ mħabbithom, paradossalment jersqu aktar lejn xulxin u jsiru ħaġa waħda. Hekk kif Int hija kanzunetta fuq stil ballad modern, tgħaqqad il-vuċijiet uniċi ta’ Josef u Victoria li jagħtu interpretazzjoni splussiva li tikkulmina f’armonija ta’ vuċijiet li ssaħħrek.

Artist: Petra | Kompożitur: Elton Zarb u Pamela Bezzina | Awtur: Pamela Bezzina

Petra tagħti interpretazzjoni emozzjonanti għall-aħħar permezz ta’ kanzunetta fuq stil soul blues li tant hija popolari għalih. Miegħek – Tiegħek hija kanzunetta li titkellem dwar l-esperjenzi passati tal-protagonista li tant kienu diffiċli li ħallew impatt kbir fuqha u qed jaffetwawha anke issa li sabet imħabba ġdida. B’hekk il-protagonista titlob lill-maħbub il-ġdid tagħha juri ftit paċenzja u jagġtiha ċans tegħleb il-biża tagħha u terġa’ tibda tafda ftit ftit biex tkun tista tkun tiegħu b’mod komplet.

Artist: MARA | Kompożitur: Philip Vella | Awtur: Emil Calleja Bayliss

Jiġri x’jiġri l-ħajja tibqa’ għaddejja. Inti biss tista’ tiddeċiedi kif tgħix il-ħajja tiegħek u inutli toqgħod tanalizza kull sitwazzjoni u aspetti li m’għandekx kontroll fuqhom. Ir-Rota Tibqa’ Ddur miktuba fuq stil dinamiku għall-aħħar u tgħallimna nieħdu l-ħajja inqas bis-serjetà, u b’aktar pożittività għax fl-aħħar mill-aħħar ir-rota tiba’ ddur u l-ħajja tkompli.

Festivals Malta


Kyle Zarb