Bħalissa, Phyllisienne Brincat tinsab ġewwa Ragusa flimkien mal-istudenti tal-kant tagħha biex jirrapreżentaw lil Malta waqt il-kompetizzjoni tal-kant ‘Hybla Music Contest Concorso Canoro Internazionale’. Illum tibda l-kompetizzjoni, u bla dubju li kulħadd ser imur tajjeb!

“Dawn esperjenzi verament sbieħ għall-istudenti tiegħi fejn barra li jkollom esperjenza biex ikomplu jitgħallmu aktar, jiltaqgħu u jagħmlu ħbieb  ġodda” kitbet Phyllisienne. L-istudenti li ser jieħdu sehem huma Carolyn Mallia,  Rakela Galea Gusman, Amira Agius, Thea Borg u Claire Marie Busuttil.


Nicole Zammit