Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Transport Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward għada s-Sibt fejn ser tkun qed tingħalaq Triq Sarria matul kunċert. S jkun hemm drop-off u pick-up, u s-sewwieqa huma mħeġġa jagħmlu użu minn rotot differenti.

Bdew billi qalu, “Nhar is-Sibt 5 ta' Lulju se tkun qed tingħalaq Triq Sarria matul il-Kunċert BBC Orchestra. Il-postijiet ta' Cab drop-off u pick-up, se jkunu fi Pjazza Vilhena u minn ħdejn il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana.”

Żiedu, “Inħeġġu lis-sewwieqa biex jagħmlu użu minn rotot alternattivi u lil min se jattendi għal din l-attività biex jagħmel użu minn trasport alternattiv.”

Facebook/Malta Shows


Charlton Cefai