Lil Dun Ġorġ Dalli sikwit narawh fuq il-programm Kalamita li jixxandar kuljum fuq ONE TV, fejn dejjem jgħid kelmtejn ta' ġid.

Proprju llum, Dun Ġorġ Dalli qed jiċċelebra l-età ta' 72 sena.

Ma naqasx li Alfred Zammit, il-moħħ ewlieni wara l-programm Kalamita, flimkien mat-tim tal-produzzjoni, wasslu l-isbaħ xewqat lil Dun Ġorġ f'dan il-jum speċjali.

"Alfred Zammit u l-istaff tal-Uffiċju Kalamita jawguraw f'għeluq sninu lil Dun Ġorġ Dalli," stqarru fuq il-paġna soċjali ta' Kalamita.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Dun Ġorġ Dalli f'għeluq sninu!


Cristian Tonna