Ilbieraħ iċċelebrat għeluq sninha omm il-kantant Ryan Grech. Lil Ryan taf tifrakruh mill-Malta Eurovision, l-Għanja tal-Poplu jew minn Mużika Mużika. Din is-sena hu kien parti mit-tim ta' backing vocalists iżda fil-passat kien ukoll ikkompeta bħala solist.

Ommu żgur li mhux wiċċ ġdid anqas, mhux l-ewwel darba rajnieha tkanta fuq il-palk bħala backing vocalist. Ryan f'dan il-jum għażiż jikteb messaġġ ħelu lil ommu fejn jgħid, "Nawgura lill-mamà sabiħa tiegħi, għeluq sninha meraviljużi! Jalla tkun imbierka b'tant snin oħra. Aħna nħobbuk ħafna."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li kellha jum mill-isbaħ. Nawguralha sena pożittiva mimlija saħħa, hena u paċi. Awguri mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss