Fuq il-paġna tiegħu Bjorn Formosa jaqsam ritratt ma' missier l-ewwel manager li qatt kellu. Hu jikteb, "Dan Mohammed, missier Nadia... Nadia kienet l-ewwel manager tiegħi meta kont naħdem f'każino. Konna tim tajjeb ħafna. Illum il-ġurnata Nadia qed tbati minn kundizzjoni newreloġika u għandha bżonn l-għajnuna ta' ALS Malta."

Hu jżid, "Minkejja li jinsabu f'diffikulta, Mohammed ġie jagħtina donazzjoni biex jgħinna ngħinu aktar. Grazzi ħafna tal-għajnuna tiegħek Mohammed! Inwiegħdek li ser inkomplu nieħdu ħsieb lil Nadia." Int tista' tidħol fil-link t'hawn taħt biex tara kif tista' tkompli tgħin lil Bjorn!

Sabiħ li tara li min għandu bżonn l-għajnuna xorta waħda jipprova jgħin bil-mod li jistgħu!


Emil Calleja Bayliss