Il-Prim Ministru Ingliż tawwal ir-restrizzjonijiet u l-miżuri fl-Ingilterra sad-19 ta' Lulju 2021 wara l-biża' li hemm minħabba l-varjant Indjan, li hu mifhum li kapaċi jinfetta 80% aktar mill-virus innifsu. Dan wara li xjentisti anke qalu li jekk jaħkem il-pajjiż il-varjant Indjan Delta, kapaċi jkun hemm sa 500 mewta kuljum. 

Il-PM Boris Johnson irid li l-popolazzjoni tirċievi ż-żewġ dożi tal-vaċċin qabel ikun hemm rilaxxar ta' aktar miżuri u restrizzjonijiet. L-ikbar biża' tkun in-nies vulnerabbli speċjalment l-anzjani, li kapaċi jkunu l-aktar li jbatu minħabba dan il-varjant jekk ma jkunx hemm kontroll kif sippost. 

"Il-bidla seħħet wara li l-esperti tal-Gvern qalu lill-premier li l-varjant Indjan - jew Delta - huwa ferm iktar trażmessibbli mill-verżjoni Kent, filwaqt li doża waħda ta' vaċċini huwa maħsub li hi inqas effettiva fil-ġlieda kontra l-istess varjant." Jirrappurtaw dan is-sit Ingliż.

Aqra aktar fid-dettall ir-rapport fuq is-sit Ingliż HAWN


Kyle Zarb