Michela Garraffa, Parteċipanta Fl-Ewwel Staġun Ta’ Love Island, għadha kif ħabbret li hi u l-għarus tagħha Andrea Castrum qed jistennew l-ewwel tarbija tagħhom. “Dawn l-aħħar ftit xhur ma kinux faċli nżomm dan is-sigriet, iżda issa issa qed inħabbru l-imħabba ġdida tagħna” kitbet Michela.

“Jien u l-papà inkredibbli tiegħek sirna inħobbuk mill-ewwel ġurnata li skoprejna bl-eżistenza tiegħek. Int l-iktar ħaġa prezzjuża li l-ħajja setgħet ittina, u għandna sebgħa mitt sena sakemm nilqgħuk magħna u nkunu aħna t-tlieta għal dejjem” żiedet tgħid. Michela qasmet ukoll ritratt tagħha u Andrea, b’antiċipazzjoni għal din it-tarbja.

Michela it-tieni parteċipanta li ħadet sehem f’Love Island u issa qed tistenna tarbija, bl-ewwel waħda tkun Sabrina Grima. Minkejja li ma rebħux l-ewwel staġun ta’ din is-sensiela, xorta l-ħajja provditilhom l-imħabba!

View this post on Instagram

A post shared by MG (@michela_garraffa)


Nicole Zammit