Il-mara tal-mużiċist Mark Spiteri Lucas, Sharon Spiteri Lucas, kitbet messaġġ għall-okkażjoni ta' għeluq sninu. Fil-fatt xerrdet ritratti flimkien ma' Mark u binthom għall-okkażjoni u ħallietlu kelmtejn ta' awgurju.
"Mhux in-nisa kollha huma xxurtjati biżżejjed li jiżżewwġu lill-maħbub tagħhom. Awguri f'għeluq sninu lill-uniku Mark Spiteri Lucas tagħna. Inħobbuk immens. Nittama li jkollok jum mill-isbaħ."
Kienu ħafna s-segwaċi li ħallew ix-xewqat sbieħ tagħhom u anke ikkumplimentawhom għar-ritratti li għandhom flimkien. Awguri mill-qalb Mark! Nixtiqulek aktar snin ta' saħħa, imħabba u dak kollu li tixtieq qalbek!