Kemm hu sabiħ li tara n-nies jgħixu u jgawdu lill-għeżież tagħhom għal snin u snin twal. Illum tiċċelebra għeluq sninha Maria, u għeluq sninha hu wieħed mill-aktar speċjali għax tagħlaq proprju 112-il sena! Dan ifisser li Maria twieldet fl-1912!

Identity Malta jiktbu, "Maria Farrugia llum tagħlaq 112-il sena. Maria hija l-aktar mara li qatt għexet fost il-Maltin u l-Għawdxin sa minn meta bdew jinżammu r-rekords mir-Reġistru Pubbliku. Maria hija mill-Mosta, imwielda Galea u kienet iżżewġet lil Ġorġ Farrugia. Matul ħajjitha esperjenzat iż-żewġ gwerer dinjin u l-bosta avvenimenti storiċi oħra li ra pajjiżna."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Maria l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha s-saħħa u l-paċi f'qalbha sabiex tkompli tiċċelebra aktar snin fostna. Awguri mill-qalb!


Emil Calleja Bayliss