Illum huwa għeluq snin Gillian Attard, il-kowċ vokali tal-finalista ta’ X Factor Justine Shorfid.

Jidher li għal għeluq sninha jumejn ilu rċiviet sorpriża kbira. Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tagħha, Gillian żvelat li tinsab “Mingħajr kliem! Għadni kemm irċevejt l-aqwa rigal sentimentali ta’ għeluq snini minn ħija. Mamà int dejjem f’qalbi, issa iktar minn qatt qabel.”

Jidher li ħu Gillian taha pendent tal-irmied ta’ ommhom bħala rigal, xi ħaġa żgur hija oriġinali u sentimentali fuq kompletament livell ieħor.

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Gillian ġurnata mill-isbaħ! Aħna ninsabu ċerti li l-mamà tiegħek qed tħarsek minn hemm fuq.

Facebook/Gillian Attard


Nicole Barbara