Ġieli meta kont żgħir kont tiċċassa lejn is-sħab u taffaxxina ruħek fejn tieħdok l-immaġinazzjoni? Kemm jirnexxilek tqabbel forom ma’ annimali differenti jew oġġetti mill-ħajja ta’ kuljum.

Dan ir-raġel għamel l-istess iżda bil-forma ġeografika ta’ pajjiżi Ewropej.

Ejja nibdew bl-aktar familjari.

Pajjiżna xi drabi nqisuh forma ta’ ħuta, iżda Zack mar ħafna aktar speċifiku; ġurdien li qed jipprepara biex jiekol biċċa ġobon u grupp ta ħut li qed jagħmlu ċert li jirnexxilu jagħmel dan.

 

L-Italja hija magħrufa madwar id-dinja għal forma tagħha simili ħafna ta’ żarbuna bit-takkuna b’kollox.

 

L-Azerbajġan, pajjiż fil-Lvant tal-Ewropa jixbah għasfur li qed itir u waqqa’ rixa.

 

Interessanti kif Zach immaġina lid-Danimarka. Verżjoni ħoxna tal-karattru Batman, b'ħuta qed tiekol minn żaqqu, u kreatura stramba tittallab quddiemu. Għalkemm din hija waħda mill-aktar immaġini strambi, jkollna nammettu li s-similarita hemm qiegħda.

U x’taħsbu mir-Renju Unit bħala dragun?

 

Taqbel ma’ dawn l-immaġini? Ara l-kumplament tal-pajjiżi Ewropej kollha hawn taħt:


Luke Borg