Il-paġna Malta Weather fl-aħħar sigħat ħabbret li matul ix-xahar ta' Lulju jista' jkun naraw xaqliba fit-temp li qed nesperjenzaw. Il-paġna bassret li se jkollna maltempata isolata matul in-nofs ta' Lulju.

"Madankollu, ma tantx hemm ċans ta' iktar mewġiet ta' sħana f'dan l-istadju. Saħansitra, madwar nofs Lulju, jista' jkollna kriżi tas-Sajf peress li firxa ta' pressjoni baxxa iktar 'l fuq fl-atmosfera tista' ġġib riħ FRISK u qawwi mill-Majjistral u/jew ċans ta' xi MALTEMPATA iżolata!"

Ħafna kienu sorpriżi, u anke ħadu gost bl-aħbar hekk kif il-mewġa ta' sħana li qed nesperjenzaw qed tħalli l-effetti tagħha. Il-fiduċja f'din il-previżjoni hi ta' 60% skont Malta Weather.


Kyle Zarb