Bit-tir li jnaqqsu l-folol eċċessivi li qed jinġemgħu fil-belt ta' Milan, fil-ħinijiet ta' bil-lejl, l-awtoritajiet Taljani qed jiddiskutu l-possibbiltà li jsir illegali li wieħed jikkunsma ikel bħal fosthom pizza u ġelat f'dawn il-ħinijiet.

Dan wara bosta ilmenti minn residenti Taljani li jgħixu f'dawk in-naħat.

Intant, din il-liġi li għad trid tiġi diskussa sew, qed tipproponi li tidħol fis-seħħ f'12:30pm għal matul il-ġimgħa u f'1.30am għall-weekends.

L-istess liġi kienet ġiet proposta lura f'2013 iżda ma ratx qbil assolut.

Taħsbu li għandna nagħmlu xi ħaġa simili f'Malta?


Cristian Tonna