Il-kantant ċelebri Ricky Martina, il-protagonista tas-serje Modern Family Sofia Vergara, il-mudella Noami Campell, ingħaqdu ma’ grupp ta’ ċelebritajiet għal vjaġġ esklussiv fil-Mediterran abbord il-jott lussuż Luminara tal-Ritz-Carlton Yacht Collection, li waqaf f’Malta ilbieraħ.
“L-aqwa tmiem il-ġimgħa!! Grazzi Ritz-Carlton Yacht Collection,” kitbet Sofia Vergara fuq Instagram flimkien ma’ ritratt ma’ ċelebritajiet oħra. Magħhom ingħaqdu personalitajiet oħra bħal Anitta, Sting, Alicia Silverstone u J Balvin.
Il-jott salpa minn Monte Carlo, b’waqfiet f’Cannes, Calvi, Portofino, u anke Malta.
"Jiem inkredibbli fuq il-baħar! Grazzi Mark Limited u Ritz-Carlton Yacht Collection talli laqqajtuna flimkien," kiteb Ricky Martin fuq Instagram, hekk kif qasam diversi ritratti mill-esperjenza tiegħu abbord — fosthom ukoll wieħed mill-Port il-Kbir.