Aleks Farrugia u l-ktieb tiegħu Ir-Re Borg ġew innominati għall-Premju tal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea, premju li ġa ntrebaħ minn awturi bħal Walid Nabhan, Immanuel Mifsud, u Lara Calleja.

Farrugia huwa awtur, storiku, u ġurnalist. L-ewwel xogħol tiegħu kien dramm, Iħirsa fil-Mera. L-ewwel rumanz tiegħu, Grasshopper, kien shortlisted għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-kollezzjoni ta' novelli tiegħu, Għall-Glorja tal-Patrija, wasslitu biex jirbaħ dan il-Premju. It-tieni rumanz tiegħu mbagħad, Camerata!, ġie shortlisted ukoll.

Ir-Re Borg, li ħareġ fl-2022, huwa l-iktar rumanz riċenti tiegħu.


Gwida.mt