Kartun famuż li persważ li bosta minnkom tiftakruh huwa Holly and Benji, fejn riċentament fuq il-paġna Ftit Minn Kollox tkellmu dwaru u qalu wkoll fatt interessanti immens.

Bdew billi qalu, “Yōichi Takahashi, kreatur tal-kartun famuż 'Holly and Benji', ammetta li Holly Hutton, il-protagonist tas-sensiela, kien ispirat mill-akbar plejer ta’ kull żmien, Diego Maradona. Takahashi beda jsegwi lil Maradona fiż-żmien li l-Arġentin rebaħ it-Tazza tad-Dinja taż-Żgħażagħ tal-1979 fil-Ġappun. F'pajjiżna stajna naraw dan il-kartun popolari fuq stazzjon privat Taljan minn Lulju tal-1986.”

Żiedu jgħidu, “Is-serje kienet tibda fl-4pm u kienet segwita minn ħafna tfal li jħobbu l-futbol. L-istorja hija dwar tifel Ġappuniż, Oliver Hutton, imlaqqam 'Holly', li l-għan tiegħu huwa li xi darba jirbaħ it-Tazza tad-Dinja. Bin kaptan ta’ bastiment u mara tad-dar, Holly imur joqgħod fil-belt Ġappuniża ta’ Fujisawa. F’din il-belt kien hemm żewġ skejjel; Newppy (pubblika) u Saint Francis (privata).”

Qalu wkoll, “Wara li Holly jiltaqa' ma' Bruce Harper, captain tat-tim ta' Newppy, u xi wħud mill-membri tat-tim, jiddeċiedi li jinkiteb fl-iskola tagħhom u jisfida lill-goalkeeper tar-rivali Saint Francis, Benji Price, li jgawdi reputazzjoni li huwa impossibbli tiskurjalu.”


Charlton Cefai