Hekk kif jagħmlu ta’ sikwit, Dipartiment Tal-Informazzjoni qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit fatti interessanti dwar post uniku fil-gżejjer Maltin.

Bdew billi qalu, “Kont taf li l-Fanal tal-Ġurdan beda jinbena fis-sena 1851 u beda jintuża waqt il-ħakma tal-Imperu Ingliż fuq il-gżejjer Maltin? L-isem Ġurdan hu isem Kristjan li kien komuni f’Għawdex imma kien diġà estint sas-seklu 15. L-aktar dokument antik li fih insibu dan l-isem imur lura għas-sena 1549.”

Qalu wkoll, “Meta beda jaqdi l-funzjoni tiegħu, il-Fanal tal-Ġurdan kien mgħammar b’21 lampa taż-żejt li kienu jirriflettu fuq lentijiet kbar u li kienu jwasslu r-raġġi tad-dawl sa madwar 38 mil 'il bogħod. Dan il-Fanal jinsab 161 metru fuq il-livell tal-baħar bejn Wied il-Mielaħ u Wied il-Għasri.”


Charlton Cefai