L-imħabba tiġi b’modi differenti, mhux bilfors dik romantika u kulħadd għandu relazzjonijiet differenti f’ħajtu li fihom hemm l-imħabba. Eżempju bejn tal-familja jew bejn il-ħbieb, iżda lkoll għandna lil xi ħadd li jinkwieta għalina u jħobbna. Dan kien is-suġġett li Dr Nicholas Briffa tkellem dwaru permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Hu qal, “Ilkoll fil-ħajja għandna bżonn lil xi ħadd li jinkwieta għalina. Kollha għandna bżonn dik il-'bonġu' speċjali, u dik 'il-lejl it-tajjeb' mimlija mħabba.”

Żied jgħid, “Ilkoll għandna bżonn dawk il-karezzi li jagħmluna nħossuna speċjali u tgħanniqa li tgħina nħossuna siguri.”

Facebook/Nicholas Briffa


Charlton Cefai