Moira Delia, qed tixxerja dan il-filmat minn fuq il-pjattaforma tagħha fejn qed tgħid,

“Mis-7 ta’ Ġunju ‘l hawn kif innutajtu wkoll fuq il-media soċjali xi persuni jew persuna qed jittorturaw il-qtates. Isibu l-iktar qtates vulnerabbli, dawk li ma jibżgħux min-nies jew qtates anzjani jittorturawhom u joqtluhom. Dan ġara s’issa fl-inħawi ta’ Sliema , il-Gżira u possibbilment Attard.  Real Animal Rights Foundation qed joffri rigal ta’ elf ewro lil dawk il-persuna/i li għandhom informazzjoni ġusta li jwassalna biex naqbdu dawn in-nies jew persuna li qed tikkawża din it-tbatija jew qtil. Jingħata rigal ta’ elf ewro u dik il-persuna jew persuni li jistgħu jgħinuna biex naqbdu min jistgħu jibqa’ anonimu. Ma aħniex ser nitolbu jew insaqsu ismijiet jew minn fejn intom.”

Kompli ara l-filmat

Ritratti: Facebook/Real Animal Rights Foundation


Rowena Grech