Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Ftit Minn Kollox qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni dwar attur maħbub minn bosta. Bdew billi qalu, “Żgur li ħafna minnkom jiftakru lill-attur Gary Coleman, magħruf għall-parti taċ-ċkejken Arnold Jackson fis-sensiela Different Strokes. Fis-snin tmenin din kienet tixxandar ukoll fuq it-televiżjoni Taljana, bl-isem Il Mio Amico Arnold. Huwa twieled fit-8 ta' Frar 1968 u miet fit-28 ta' Mejju 2010, jiġifieri kellu 42 sena meta miet.”

Komplew billi qalu, “Coleman kien iddaħħal l-isptar jumejn qabel miet wara li waqa’ t-taraġ tad-dar tiegħu u ħabat rasu. Ħajtu kienet battalja kontinwa minħabba defiċjenza fit-tkabbir (growth deficiency). Kien maħbub ferm għax kellu d-don li jaqsam lit-telespettaturi bid-daħk mingħajr ħafna sforzi żejda, u għax kien jitkellem b'mod pożittiv dwar il-ħajja minkejja l-battalja li kien għaddej minnha.”


Charlton Cefai