Ħafna nies għandhom dik il-persuna li jħossu komdu jiftaħ qalbu magħha, u jgħidilha dak kollu li għaddej mill-garigori ta’ moħħu. Qatt ma jħossuhom iġġudikati, u dejjem ikunu onesti u awtentiċi ma’ xulxin.

Il-psikologu Dr Nicholas Briffa kiteb il-ħsieb tiegħu tal-lum propju fuq dan, fuq in-nies ġenwini li ma jġiegħelukx tħossok iġġudikat talli sempliċiment qiegħed tkun dak li verament int, u talli taqsam ħsibijietek magħhom. Huwa qal li “dawk li huma komdi u f'paċi magħhom infushom rarament iweġġgħu lill-oħrajn, u meta jonqsu lil ħaddieħor tkun minn pożizzjoni ġenwina u mhux ta' ħażen.”

Il-parir ta’ Dr Nicholas Briffa hu li għandna napprezzaw lil dawn in-nies f’ħajjitna, “u jekk inti m'intix wieħed minnhom aħdem qatigħ biex tkun. Iva l-bidla hija possibbli!”


Nicole Zammit