Il-kantant lokali Kurt Calleja kiteb messaġġ mill-qalb dwar il-jum speċjali ta' sentejn ilu meta l-kanzunetta tiegħu Bla Tarf rebħet it-tieni edizzjoni ta' Mużika Mużika

"Jista' xi ħadd ifehemni kif diġà għaddew sentejn? F'dawn is-sentejn iltqajt ma' ħafna nies jgħiduli li mill-ewwel emmnu f'Bla Tarf, u oħrajn li qaluli kemm din id-diska missitilkom qalbkom."

Kurt ikompli, "Jien forsi ma' ngħidx biżżejjed kemm Bla Tarf kellha fiha emozzjonijiet misturin ġo qalbi u li kont nibża li naqsam mal-pubbliku - u kif oriġinarjament ma kontx se napplika għal Mużika Mużika biha għax kont qed nibża li ma' tintlaqatx."

Kurt jisħaq li kien sejjer żbaljat, u huwa tant grat li rċieva tant appoġġ u kuraġġ biex japplika u jasal s'hawn. Bil-kliem ta' kuraġġ li rċieva wasal biex emmen fid-diska u rebaħ biha.

"Għalhekk inħeġġek biex jekk hemm xi ħaġa li temmen fiha - agħmilha! Isma minni Grazzi ħafna għeżież." 


Kyle Zarb