Konna ilna nisimgħu b'diversi avvenimenti li se jsiru relatati mal-EuroPride li ħa tkun qed iseħħ f'pajjiżna fil-jiem li ġejjin. Dalgħodu ġie mniedi il-kalendarju tal-avvenimenti kollha marbuta mal-EuroPride 2023, li se jiġi organizzat għall-ewwel darba f'pajjiżna bejn is-6 u s-17 ta’ Settembru.

Ovvjament il-qofol ta' din iċ-ċelebrazzjoni tintlaħaq is-Sibt 16 ta’ Settembru, bil-parata fil-Belt Valletta flimkien ma' attivitajiet oħrajnli jikkonsistu f'taħditiet, wirjiet u kunċerti. L-eċitament huwa kbir għall-kunċert tal-istilla internazzjonali ta' fama mondjali Christina Aguillera fuq il-Fosos tal-Furjana.

Dawn l-avvenimenti mistennija jattiraw eluf ta' turisti lejn pajjiżna u ħa jkollna ċ-ċans li naraw numru ta' artist lokali f'diversi kunċerti u avvenimenti. Ħa naraw ukoll kantanti li rebħu l-Eurovision Song Contest bħal, Conchita Wurst, Netta u Katrina.

Agħfas HAWN biex tara l-kalendarju ta' dak kollu li ħa jkun qed iseħħ fil-jiem li ġejjin.


Emil Calleja Bayliss