Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Joseph grech, raġel ta’ 48 sena li miet qrib Mater Dei kawża ta’ inċident li fih kien hemm involuta ambulanza misjuqa minn raġel ta’ 36 sena miż-Żejtun. Fl-inċident kien hemm involuta persuna oħra mir-Rumanija li l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

Bosta tkellmu fuq il-midja soċjali fejn iddeskrivew lil Grech bħala raġel li kien iħobb lil kulħadd. Natius Farrugia qal, “Aħbar xokkanti llejla. Strieħ fil-paċi sieħbi Joseph Grech. Il-Kunċizzjoni li tant kont tħobb tilqek ġewwa ħdana. Kemm tajt għajnuna lill-pazjenti ġewwa l-ITU, għandek mertu quddiem Alla.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u lill-ħbieb kollha tiegħu.

Facebook/Josef Camilleri


Charlton Cefai