Fuq il-paġna uffiċjali, Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar sellmet lil Joseph Cortis, hekk kif tħabbar li ħalla din id-dinja. Fil-messaġġ li tħallielu jissemma fost l-oħrajn is-sehem li ta fil-komunità tagħhom.

"Nagħtu l-kondoljanzi sinċiera tagħna lill-familja, qraba u ħbieb ta' Joseph Cortis li ħalla din id-dinja lbieraħ għal ħajja ta' dejjem. Joe għamel żmien idoqq mal-Banda Vittorja. Marija Bambina tilqgħak fi ħdanha. Agħtiħ O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem."

Strieħ fis-sliem Joseph. Kondoljanzi lill-familjari, qraba u ħbieb.


Kyle Zarb